Ingliż ta’ 63 sena li kien passiġġier ġarrab ġrieħi gravi f’ħabta li seħħet għall-ħabta tat-8:30 am fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn trakk Leyland misjuq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Munxar u Maruti Gypsy misjuqa minn Ingliż ta’ 64 sena.
Ingliż ta’ 63 sena, li kien passiġġier fil-Maruti, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat bil-ġrieħi li ġarrab.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>