Sport Sport Ieħor

Reazzjoni pożittiva għas-seminar dwar in-nisa fil-ġurnaliżmu sportiv

Organizzat b’suċċess l-ewwel seminar indirizzat u ffukkat totalment fuq il-ġurnalisti nisa tal-isport bl-isem ta’ Training Women Sports Journalists and Reporters to Work More at Ease In The Sports Media Industry.

Seminar b’parteċipazzjoni ta’ diversi kelliema, fosthom ta’ Dr Zsuzsa Csisztu ġurnalista u preżentatriċi ta’ fama fl-Ungerija, kif ukoll il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Isport Ungeriża kif ukoll waħda mill-viċi presidenti tal-AIPS, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti Sportivi.

Hija wkoll eks ġinnasta Olimpika fejn ikkompetiet f’Seoul fl-1988. Kelliema oħra kienu l-ġurnalista Joanna Camilleri, Lorraine Cunningham, Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġuranlisti Sports kif wkoll Janice Briffa, Catherine Micallef u Vicky Licari flimkien mal-Ministru għall-Inklużjoni, Għaqdiet Volontarji u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli li wkoll għamlet diskors tal-okkażjoni.

Is-seminar intemm b’diskorsi tal-President tal-AIPS Europe Charles Camenzuli u Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport.

Dan is-seminar bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat permezz tal-iskema Training Initiatives Scheme u bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Inklużjoni, Għaqdiet Volontarji u d-Drittijiet tal-Konsumatur.