Futbol Sport

Salah jikser ir-rekord ta’ Henry

(Ritratt: EPA)

Il-Ħamis filgħaxija, l-istilla ta’ Liverpool Mohamed Salah kiser ir-rekord ta’ Thierry Henry bħala l-aktar plejer mill-Premier League Ingliż li skorja gowls f’kompetizzjonijiet Ewropej.

Salah skorja l-ħames gowl ta’ Liverpool kontra Toulouse fil-ħin miżjud, b’dan ikun l-43 gowl tiegħu f’kompetizzjoni Ewropeja minn meta ingħaqad ma’ Liverpool fl-2017.

Minn dawn it-43 gowl, 41 kienu skorjati fil-UEFA Champions League filwaqt li t-tnejn l-oħra fl-Europa League dan l-istaġun.

Dan il-gowl kien ifisser li Salah qabeż ir-rekord ta’ 42 gowl li kien f’idejn il-leġġenda ta’ Arsenal Thierry Henry għal 17-il sena, kemm dam ma’ Arsenal qabel ma’ mbgħad ingħaqat ma’ Barcelona fl-2007.