Ex Lukandier li llum għandu 76 sena ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li kawża ta’ traskuraġni li ħalla f’lukanda li kien imexxi, wasslet biex Ingliż ta’ 59 sena, nieqes mid-dawl jaqa’ ħames filati u jitlef ħajtu. L-Ingliż kien residenti temporanju fil-lukanda.
L-inċident seħħ fis-17 ta’ Mejju, 2017 fejn lukanda li kienet ingħalqet mill-awtoritajiet tas-sanità u tħalliet delapitata. Hawn kien il-post fejn ħalla ħajtu l-Ingliż fejn mix-xheda tal-esperti ħareġ li kellu jkun hemm ċint. Fejn il-vittma li kien instab mejjet fuq il-post kien hemm ukoll bastun.
Albert Borg kien qed jiġi mixli li għall-ħabta tad-9am f’San Pawl il-Baħar b’nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti kkaġuna l-mewt ta’ Dennis Reid Monaghan. Borg kien ammetta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud dwar il-każ u kien ingħata sentenza ta’ libertà kundizzjonata.
Madankollu Borg kien appella permezz tal-Avukat tiegħu Jason Grima, bid-difensur tiegħu jgħid li ma kienx preżenti waqt l-għoti tas-sentenza bil-każ jaqa’ f’ħoġor l-Imħallef Aaron Bugeja li kien bagħat il-każ lura lill-Qorti tal-Maġistrati biex tisma’ l-provi.
Kien xehed is-Surġent Joseph Attard li qal li fis-17 ta’ Mejju tas-sena 2017 hu kien xogħol l-Għassa tal-Qawra u għall-ħabta tas-6.30am. rcieva telefonata li fi Triq ir-Rizzi nstabet persuna mal-art kollha demm Kien qal li Triq ir-Rizzi qiegħda kantuniera ma’ Triq it-Tamar fejn hemm lukanda abbandunata bl-isem Palm Court Hotel fil-Qawra. Qal li fuq il-post sab persuna maskili wiċċu fl-art ġewwa l-parapett tal-istess lukanda abbandunata u li dan kien madwar ħames filati ’l isfel.
Wara ċemplu ambulanza fejn waslet tabiba mill-klinika tal-Mosta u li din ċċertifikat lill-vittma mejjet. Qal li ħdejn il-vittma innota bastun abjad li jintuża minn min huwa bla dawl. Wara għamel tfittxija biex isir jaf min kien il-vittma u li tali tfittxija saret fil-lukanda Club Riza.
Wara tali persuna ġiet identifikata bħala ċertu Dennis Monaghan ta’ nazzjonalità barranija. Ix-xhud qal ukoll li ġewwa l-Club Riza hu kellem lil ċertu Mary Grace Guzman li meta giet mistoqsija jekk tafx lill-vittma wieġbet fin-negattiv iżda rreferietu għall-Beverage Manager ċertu Mark Ross, li li stqarr li lejliet is-sejbien tal-vittma, kien lemħu u li kien qallu li sejjer għand missieru. Tenna li meta kien fuq il-post fejn instab il-vittma avviċinah Albert Borg u stqarr li l-lukanda Palm Court Hotel hija tiegħu.
Xehed wkoll l-Ispettur Godwin Scerri li nvestiga l-każ. Hu pprezenta rapport li ħejja ghall-Maġistrat Inkwerenti fejn qal li hu kien duty officer Buġibba. Fid-9.30am ġie infurmat li fil-viċinanzi tal-lukanda abbandunata kien hemm persuna li kienet tidher mingħajr ħajja u li kienet għada kif waqghet mill-għoli.
Mar fuq il-post u li l-persuna kienet ta’ nazzjonalità barranija. Sspjega li kienet it-Tabiba Thea Chetcuti li kkonfermat li tali persuna kienet mejta u fil-fatt ingħata ċertifikat li jistipula hekk. Scerri qal li fuq il-post innota li l-vittma kien jismu Dennis Reid u li kien residenti temporanju gewwa r-Riza Club Hotel.
Tenna wkollli kellu walking stick hdejh fuq il-post, il-vittma setghet kienet nieqsa mid-dawl. Jghid li hu jissuspetta li din it-traġedja seħħet ftit tas-sigħat qabel, jiġifieri qabel ma telgħet ix-xemx. Spjega li mit-triq wieħed ma setax jara l-vittma iħda dan seta’ kien possibbli jekk wiehed jittawwal. Xehed ukoll li hadu 12-il ritratt.
Qal ukoll li ġie nfurmat li meta wasal hu fuq il-post, l-uffiċjali qalulu li mar l-imputat Albert Borg, li kkonferma li huwa s-sid tal-lukanda. Qal ukoll l-esperti inkarigati mill-Mġgistrat inkwerenti minbarra l-Patoloġisti marru fuq il-post u wettqu xogħolhom. Il-katavru ttieħed l-Kamra Mortwarja fejn saret l-awtopsja tal-vittma.
Scerri qal li talab informazzjoni dwar min huma l-persuni responsabbli għal-lukanda Palm Court mill-Malta Business Registry. Ikkonferma li tali persuna huwa Albert Borg. Il-Qorti qalet li daħlet fid-dettal dwar in-natura tal-kolpa f’dawn il-kawżi.
Qalet ukoll li sfortunatament il-vittma ma setax jagħti l-verżjoni tiegħu f’dawn il-proċeduri. Min-naha l-ohra l-imputat ma xehedx. L-unika haga li ppreżenta kienu żewġ ittri li ntbagħtu mill-avukat difensur. L-espert Dr. Mario Scerri kkonkluda li kien hemm it-traskuraġni, fis-sens li ma kienx hemm ċint u li huwa faċli li persuna li tkun għaddejja mit-triq taqa’ għal isfel.
Il-Perit Mario Cassar ikkonkluda wkoll li sid il-propjetà għandu jigi mġiegħel jinstalla railing minnufih, sabiex ma jseħħux inċidenti simili. Għalhekk il-Qorti qalet li tħoss li ma tistax tagħti piż’ lil dak li qiegħed jargumenta l-imputat għaliex fil-verità hu kien ikkonferma li kien ipprova japplika sabiex jieħu xi tip ta’ prekawzjoni iżda ddeċieda minn jeddu sabiex ma jwettaqx dawk ix-xogħlijiet neċessarji.
Mhemmx dubju li l-imputat kien negliġenti fl-obbligi tiegħu bhala direttur tal-kumpanija li tieħu ħsieb il-lukanda Għalhekk m’hemmx dubju li l-imputat huwa responsabbli għall-omiċidju involontarju ta’ Dennis Reid Monaghan għaliex minħabba n-negliġenza tiegħu huwa naqas milli jassigura li l-propjetà li huwa responsabbli għaliha mhux qiegħed jikkawċa xi tip ta’ periklu ghall-pubbliku.
Għalhekk qalet il-Qorti jikkonkorru l-elementi kollha kif prodotti fir-reat. Illi l-Qorti, wara li eżaminat fid-dettal l-atti, hi sodisfatta mill-eżistenza ta’ din il-konnessjoni ta’ kawżalità bl-aktar mod dirett li l-vittma miet bħala riżultat tan-nuqqas ta’ prekawzjoniiiet li kellu jieħu l-imputat.
Għar-rigward il-piena l-Qorti tinnota li l-fedina penali tal-mputat hija waħda refrattarja. Minbarra s-sentenza sospiża, l-Qorti ordnat lil Albert Borg iħallas l-ammont ta’ €2,890.55c rapprezentanti spejjez peritali minn din il-kawza.
//= $special ?>