Miniex sorpriż li dak kollu li se jiġri nhar it-Tnejn hu li nżidu l-dak, u nżidu l-ieħor, aħna l -MCESD għidnilu, l-faxxa t’isfel agħtiha kemm tried, għax jekk hemm il-faqar anka jekk hemm persuna waħda, din hija ħaġa tal-mistħija. Nistħu, nitkellmu bil-miljuni, nitkellmu fuq lanqas naf kemm flus, imbagħad tispiċċa tkun mistieden is-soup kitchen u jkun hemm 130 persuna kuljum biex jiklu.
Hekk stqarr Paul Abela il-President tal-Malta Chamber of SME’s waqt li kien qed jiddiskuti il-Budget 2024 waqt il-programm NetLive flimkien ma Robert Cremona, waqt li żied jgħid li dan huwa budget challenging ħafna u għalhekk il-Gvern għandu jżomm saqajh mal-art u mhux joqgħod jiftaħar li aħna l-aqwa fl-Ewropa. Waqt li kompla jappella l-Gvern biex joqgħod attent u jkun realistiku hekk kif it-350 miljun li qed jingħataw f’ sussidju huwa ammont kbir.
Paul Abela wera ukoll id-diżapunt tiegħu fuq kif qed jiġu stmati in-negozjanti Maltin mill-Gvern ta’ Robert Abela, fejn Abela qal li l-barranin qed jiġu stmati ħafna ikrat mill-Maltin. Abela spjega kif negozji kbar barranin f’Malta bħal ma huma numru ta’ supermarkets iħalsu 5% taxxa waqt li supermarkets lokali u negozji oħra żgħar ikollhom iħallsu bil- 35%.
Iċ-Chamber of SME’s qed jipproponu li jkun hemm faxxex differenti ta’ amonti li fuqhom titħallas it-taxxa, fi kliem Paul Abela stess, dan huwa ideali sabiex in-negozzjji Maltin ikollhom iċ-ċans li jikkompetu.
Waqt il-Programm Net Live, deher ukoll is-sentiment ta’ rabja li kellu Paul Abela, lejn il-Gvern għal fatt li l-Robert Abela qed juri sentiment ta’ rabja lejn in-negozjanti.
” Jiena ma noqghodx indur mal-lewza hawn sentiment kontra n-negozju”
Paul Abela saħaq ukoll li irridu noqodu attenti għal mod kif nibdew innaqsu l-ammont ta’ ħaddiema, waqt li wera ukoll id-diżappunt tiegħu għal mod kif qed jiġu tratati dawk il-ħaddiema li huma low skilled.
Fl-isfond ta’ dan kollu il-Partit Nazzjonalista qasam pjan b’ viżjoni ta’ eċċelenza li għandu viżjoni fit-tul kemm għan negozzji kif ukoll għall-ħaddiema
//= $special ?>