Lokali

Ftehim kumplimentat b’investiment kapitali favur il-ħaddiema u l-komunità

Il-membri tal-Korp tal-Pulizija laqgħu b’mod pożittiv il-ftehim settorali li ġie ffirmat bejn il-Gvern u ż-żewġ unjins rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp… ftehim li se jsaħħaħ is-sigurtà fil-lokalitajiet.

Is-Surġent Daniela Micallef, li taħdem bħala Pulizija tal-Komunità, qalet li dan il-ftehim ifisser ħafna għal uffiċjali kollegi tagħha għaliex ikompli jżid il-motivazzjoni fost il-Pulizija li qed jaraw iżjed apprezzament dwar xogħolhom mill-komunità.