Tottenham Hotspur saħħew posthom fil-quċċata tal-Premiership grazzi għal rebħa f’Selhurst Park kontra Crystal Palace f’waħda mill-ħafna derbies ta’ Londra.
Kollox seħħ fit-tieni taqsima fejn Spurs marru fil-vantaġġ grazzi għal auro goal ta’ Ward u fis-66 minuta kien Son li skorja t-tieni goal tal-leaders.
Fil-ħin miżjud Ayew daħħal lil Palace mill-ġdid fil-logħba iżda l-Eagles ma rnexxielhomx jieħdu punt minn dan il-konfront.
Issa Tottenham għandhom ħames punti vantaġġ fuq iċ-champions Manchester City li iżda għandhom logħba inqas.
Il-logħba ta’ Manchester City tkun għada u hi l-iktar waħda mistennija fejn jibqgħu Manchester iżda jmorru Old Trafford biex jaffrontaw lill-ġirien Manchester United.
Ilbieraħ:
C. Palace 1-2 Tottenham
Illum
13:30 Chelsea v Brentford
16:00 Arsenal v Sheffield U
16:00 Bournemouth v Burnley
18:30 Wolves v Newcastle
Għada
14:00 West Ham v Everton
15:00 A. Villa v Luton
15:00 Brighton v Fulham
15:00 Liverpool v Nottingham
16:30 Man U v Man City
//= $special ?>