Futbol Sport

Futbol Taljan: Ritorn għal Lukaku f’San Siro

(Ritratt: EPA)

L-iktar logħba mistennija fis-Serie A hi dik ta’ għada fejn f’San Siro Inter jospitaw lil Roma. Din l-istennija l-iktar hi minħabba r-ritorn ta’ Lukaku f’San Siro bħala avversarju ta’ Inter.

Lukaku spiċċa l-avventura ma’ Inter ħażin fejn fis-sajf ma ġeddidx il-kuntratt ma’ Interu ġie meqjus bħala traditur fejn seta’ jingħaqad ma’ Juventus u finalment ingħaqad ma’ Roma.

Inter huma l-leaders tal-klassifika u jippruvaw jiksbu t-tliet punti kontra Roma li kisbu rebħa tajba fl-Europa League. Il-partitarji ta’ Inter qed jippreparaw merħba xejn sabiħa kontra Lukaku li żgur se jkun fil-mira tagħhom.

Għada wkoll filgħaxija logħba oħra mistennija fejn iċ-champions Napoli jospitaw lil Milan. Ir-Rossoneri jinsabu fi kriżi fejn sofrew żewġ telfiet f’erbat ijiem, kontra Juventus fil-kampjonat u kontra PSG fiċ-Champions League. Pioli jinsab taħt pressjoni u Milan ma jistgħux ifallu għada kontra Napoli.

Intant f’logħba li ntlagħbet ilbieraħ Genoa kisbu tliet punti mportanti meta għlbu lil Salernitana b’goal ta’ Gudmundsson fil-35 minuta. 

Ilbieraħ:

Genoa 1-0 Salernitana 

Illum:

15:00 Sassuolo v Bologna

18:00 Lecce v Torino

20:45 Juventus v Verona

Għada:

12:30 Cagliari v Frosinone

15:00 Monza v Udinese

18:00 Inter v Roma

20:45 Napoli v Milan