Juventus kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Verona b’gowl fl-aħħar sekondi, f’partita fejn rat lil Juventus ikollhom żewġ gowls imħassra permezz tal-VAR. L-ewwel kien il-gowl ta’ Moise Kean li kien imħassar għall-offside, mbagħad kien għal darb’oħra gowl ta’ Moise Kean li ġie mħassar wara li kien seħħ foul fl-azzjoni li wasslet għall-gowl. Juventus iżda rnexxielhom jiskorjaw il-gowl tar-rebħa fis-97 minuta permezz ta’ Andrea Cambiaso, gowl li momentarjament ipoġġi lil Juventus f’ras il-klassifika.
Fi Stadio Mapei, draw ta’ 1-1 bejn Sassuolo u Bologna. Joshua Zirkzee poġġa lil Bologna fil-vantaġġ wara biss tliet minuti. Sassuolo ġabu l-iskor indaqs fl-44 minuta permezz ta’ Daniel Bolocca. Fit-80 minuta, Bologna kellhom gowl imħassar permezz tal-VAR tal-istess Zirkzee.
Rebħa minima iżda importanti ta’ 1-0 għal Torino fuq Lecce. Il-gowl li ddeċeida dan il-konfront kien skorjat fil-41 minuta permezz ta’ Alessandro Buongiorno. Lejn it-tmiem Torino sfaw jilagħbu bi player anqas wara li tkeċċa Ivan Juric.
//= $special ?>