Arsenal komplew il-bidu pożittiv tagħhom fil-Premier League b’rebħa komda ta’ 5-0 fuq Sheffield United. Kien hat-trick tal-attakkant Ingliż Eddie Nketiah li fetaħ vantaġġ ta’ 3-0 għal Arsenal. Il-gowls l-oħra kienu skorjati minn Fabio Viera permezz ta’ penalty u ta’ Takehiro Tomiyasu.
Chelsea sofrew telfa oħra dan l-istaġun din id-darba kontra Brentford bl-iskor ta’ 2-0. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta l-ewwel kien Ethan Pinnock biex mbagħad fil-ħin mogħti żejjed kien Bryan Mbeumo li għamilhom 2-0.
Newcastle u Wolves temmew fi draw ta’ 2-2. Newcastle fil-vantaġġ fit-22 minuta permezz ta’ Callum Wilson. Mario Lemina ġab l-iskor indaqs għal Wolves, b’Wilson jerġa jpoġġi lil Newcastle fil-vantaġġ permezz ta’ penalty. Wolves baqgħu fil-partita u ġabu l-iskor indaqs fil-71 minuta permezz ta’ Hwang Hee-chan.
Bournemouth kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Burnley. Charlie Taylor poġġa lil Burnley fil-vantaġġ iżda żewġ gowls ta’ Antoine Semenyo u Philip Billing dawru l-iskor.
//= $special ?>