L-Inizjattiva għar-Riforma tal-Midja uriet id-diżżappunt tagħha lejn il-proposti li ħarġu fir-rapport finali tal-Kumitat tal-Esperti tal-midja maħtur mill-gvern.
Il-ħames persuni li huma parti minn din l-inizjattiva, urew diżappunt ikbar għaliex ir-rapport ġie ppubblikat propju 6 snin wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia… twissija brutali lill-ġurnalisti u lill-individwi li jaħdmu fis-settur tal-midja involuti fil-ġurnaliżmu għall-interess tal-pubbliku.
Il-proposti fir-rapport tal-kumitat iħalli lill-ġurnalisti jaffaċċjaw diversi sfidi li jheddu x-xogħol u is-sigurta tagħhom u ma jipproteġux lill-ġurnalisti mit-theddida tal-leġislazzjoni msejħa SLAPP.
Għaldaqstant minflok ma tipproponi kif il-PBS għandha sservi l-pubbliku u mhux lil Gvern, il-kumitat iddeċieda li għandu jiġi mwaqqaf kumitat ġdid biex tħares din il-problema. Għalhekk il-proposti mhumiex qegħdin iħarsu u jiddefendu biżżejjed id-drittijiet tal-pubbliku.
L-Inizjattiva għar-Riforma tal-Midja tteni li l-ebda riforma tad-dritt għal-liberta’ tal-espressjoni ma tista sseħħ mingħajr konsultazzjoni pubblika.
Intant il-Partit Nazzjonalista ppreżenta mozzjoni li tirrifletti r-rakkomandazzjonijiet tal-Inizjattiva biex il-Parlament jistabilixxi kumitat magħżul u jittama li din il-proposta tiġi aċċettata mill-gvern.
//= $special ?>