Internazzjonali

Jinstab mejjet ir-raġel suspettat li qatel 18-il persuna f’Maine

Fl-istat ta’ Maine, instab mejjet is-suspettat Robert Card, responsabbli għall-isparatura traġika li seħħet ftit tal-jiem ilu f’ċentru tal-bowling u f’bar li ħasdet il-ħajja ta’ 18-il persuna filwaqt li ħalliet 13-il persuna oħra midruba.

Jidher li Card qatel lilu nnifsu permezz ta’ arma tan-nar. Fuq il-post instabet nota indirizzata lil ibnu flimkien mal-mowbajl u pistola.

Il-Gvernatur ta’ Maine, Janet Mills esprimiet serħan il-moħħ li issa din it-theddida m’għadhiex preżenti. Dan filwaqt li l-President Amerikan Joe Biden enfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni li għaddejja tal-vjolenza bl-armi, u ħeġġeġ lill-Kungress biex jieħu azzjoni biex jipproteġi lill-poplu Amerikan.