Il-midfielder internazzjonali Ingliż Jude Bellingham kien l-eroj fl-El Classico meta Real Madrid rnexxielhom idawru r-riżultat u jirbħu 2-1 fuq Barcelona biex b’hekk telgħu fl-ewwel post ta’ La Liga.
Kienu Barcelona li marru fil-vantaġġ wara biss sitt minuti permezz ta’ Ilkay Gundogan. Real Madrid wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u kien gowl mill-isbaħ ta’ Jude Bellingham li ġab l-iskor indaqs fit-68 minuta. Il-bidu mill-aqwa tal-karriera tiegħu ma’ Real Madrid kompla, u kien fit-92 minuta li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Real Madrid.
Minn meta ssieħeb mal-Los Blancos, Bellingham skorja 14-il gow f’16-il partita.
//= $special ?>