Numru ta’ titjiriet kellhom jiġu posposti wara li seħħ inċident fuq ir-runway fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fi stqarrija intqal li l-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta ta’ 12:20pm u f’dan l-inċident kien involut ajruplan żgħir. Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fil-post sabiex jassistu filwaqt li fortunatament l-ebda persuna ma weġġgħet f’dan l-inċident.
Intant, ir-runway kellha tingħalaq għal xi ħin filwaqt li għaddejja investigazzjoni sabiex tkun identifikata l-kawża tal-inċident.
//= $special ?>