Kunsilli Lokali Lokali

Rabja kbira għall-iżvilupp taz-zona tat-toqba fil-Birgu

“Għajta waħda.. għajta għall-Birgu”.

Sostna dan is-sindku tal-Birgu John Boxall meta s-Sibt filgħodu laqqa’ lir-residenti biex isemmgħu leħinhom kontra l-iżviluppi li seħħew fiż-żona tal-Piccolo Soccorsa, magħrufa bħala t-Toqba tal-Birgu.

Dan wara li ftit jiem ilu sar magħruf li ttieħdet deċiżjoni minn wara dahar il-kunsill biex ma jsirx iktar għawm fiż-żona permezz ta’ stickers u tabelli li twaħħlu fil-post. Fil-fatt is-Sinku saħaq li l-Kunsill ma ġiex konsultat, tant li kienu qed isiru laqgħat u manuvri minn wara dahru dwar din iż-żona

John Boxall saħaq li din iż-żona isservi ta żvog għar-residenti speċjalment għall-anzjani. Huwa sostna li għalkemm huwa ikkuntattja lill-entitajiet li ħarġu bid-deċiżjonijiet xorta ma ridux jgħinuh. NetNews tkellem ma’ diversi residenti tal-Birgu fejn qasmu magħna r-rabja tagħhom għal dan l-iżvilupp.

Intant is-Sindku John Boxall saħaq li se jkompli jiġġieled biex din iz-zona tibqa’ tar-residenti tal-Birgu.