Futbol Sport

Tasal it-tieni rebħa konsekuttiva għal Mosta

(Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo )

Neil Camenzuli

MOSTA……………………………….3

MARSAXLOKK……………………2

Mosta: D.Akpan Udoh, N.Obidke. D.Aneni, N.Nnaji, C.Faila, G.Sciberras,  W.Britto (A.Isah 66’, (T.Thomas 86’)), N.Agius (S.Cachia 66’), J.Vassallo, Z.Brincat (E.Mensah 66’), K.Tullimieri

Marsaxlokk: M.Drobnajk, W.Soares, R.Sousa (A.Obonogwu 61’), N.Muscat (R.Scicluna 51’), J.Ghio (D.Bonnici 75’), Y.Messias, G.Camilleri, L.Aguirre (S.Boakye 75;), D.Pires, S.Akinnbule, F.Gomes

Imwissija:  D.Pires 7’, Y.Messias 28’, R.Sousa 45’ , F.Gomes 69’ , M.Drobnajk 85’ (MXK), D.Aneni 56’, C.Faila 62’, (MST)

Tkeċċa: D.Aneni 84’ (MST)

Skorjaw: N.Nnaji 10’, Z.Brincat 11’, K.Tullimieri 60’ (MST) A.Sunday 20’ 90’ (MXK)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Vasil Vasilev

BOV Plejer tal-Logħba: Z.Brincat (MST)

Il-Mument Plejer tal-logħba: N.Nnaji (MST)

Mosta għelbu lil Marsaxlokk 3-2 fit-Tony Bezzina Stadium biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, minn naħa l-oħra, Marsaxlokk fallew li jżommu l-pass ma’ ta’ fuq hekk kif sofrew it-tieni telfa konsekuttiva tagħhom. Partita mimlija azzjoni, b’Marsaxlokk jersqu viċin darbtejn li jagħmlu l-iskor indaqs, madankollu kienu Mosta li fl-aħħar ħadu t-tlett punti.

L-ewwel azzjoni perikoluża tal-partita propja rriżultat f’gowl għal Mosta skorjat minn Ndubuisi Nnaji wara 10 minuti logħob mis-suġġeriment ta’ Obdike mix-xellug, bl-attakkant ma jiżbaljax u jagħmel l-iskor 1-0.

Mosta ħasdu lill-avversarji ftit sekondi wara meta rduppjaw l-iskor, din id-darba permezz tal-attakkant laterali Zachary Brincat li xeħet ġewwa b’xutt baxx fir-rokna tax-xellug mill-pass ta’ Nnaji li sab ix-xibka ftit mumenti qabel.

Wara 20 minuta logħob kien imiss Marsaxlokk li jsibu x-xibka, b’Sunday Akinbule jitfa’ ġewwa meta rċieva f’saqajh il-ballun fil-kaxxa wara li d-difensuri Mostin ma rnexxielhomx jikklerjaw il-periklu.

Marsaxlokk komplew l-attakki tagħhom fuq Mosta, hekk kif fit-32 minuta tentattiv akrobatiku ta’ Messias jgħaddi ftit għoli.

L-ewwel taqsima pjuttost bilanċjata minkejja l-vantaġġ minimu ta’ Mosta miksub fl-ewwel kwarta logħob, b’Marsaxlokk jaqbdu r-ritmu fl-aħħar 20 minuta tal-ewwel taqsima.

Fil-50 minuta Marsaxlokk għal darb’oħra perikolużi mil-lemin, b Yuri Messias jittanta xortih minn barra l-kaxxa b’xutt angolat sabiħ fir-rokna ta’ fuq tax-xellug jispiċċa jgħaddi ftit barra.

Wara ħafna pressjoni fuq id-difiża tal-Mosta mill-attakkanti ta’ Marsaxlokk, kienu Mosta li sabu x-xibka għat-tielet gowl tagħhom fil-partita, li wasal wara 60 minuta logħob meta Clayton Faila jitfa’ kross baxx fil-kaxxa u Kevin Tullimieri jixħet ġewwa bil-kalma.

Fis-70 minuta intervent mill-isbaħ mill-goalkeeper Akpan minn freekick perikoluż mil-lemin mogħti minn Aguirre.

Mosta spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif fl-84 minuta tkeċċa d-difensur ċentrali Damian Aneni wara li akkumula t-tieni karta safra tiegħu.

Marsaxlokk kisbu gowl lura fl-aħħar mumenti tal-partita permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Akinbule Sunday li xeħet ġewwa għad-doppjetta personali tiegħu.

Minkejja l-isforżi ta’ Marsaxlokk, il-gowl fl-aħħar minuti ta’ Sunday ma kienx biżżejjed għar-rebħa, bil-Mostin jikkonfermaw it-tieni rebħa konsekuttiva tagħhom.