Futbol Sport

Birkirkara jirritornaw għar-rebħ b’wirja dominanti fuq Balzan

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Neil Camenzuli

BALZAN……………………………..0

BIRKIRKARA……………………….3

Balzan: D.Golovic, I.Bozozvic, S.Arab, T.Caruana (P.Fenech 45’), J.Grech (B.Hili 68’), R.Michibuchi, N.Braunovic (A.Prates 45’), M.Raso, L.Da Silva, A.Andrejic (A.Katanic 45’), U.Olawale (D. Awosanya 45’)

Birkirkara: M.Zaptowski, D.Mariani, J.Pajovic, E.Pepe, Y.Yankam (M.Durisic 80’), P.Mbong (M.De Filippis 88′) , K.Zammit (M.Gambin 73’), M.Beltre (N.Cross 88′), S.Zibo, A.Diakite, A.Ciolacu (A.Satariano 73’)

Imwissija: L.Da Silva 5’, A.Samir 26’, U.Olawale 27’ M.Raso 28’ , H.Benjamin 75’ (BZN), J.Pajovic 11’ , (BKR)

Skorjaw: Y.Yankam 15’,  A.Ciolacu 37’ 46′ (BKR)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Duncan Sultana

BOV Plejer tal-Logħba: A.Ciolacu (BKR)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: A.Ciolacu (BKR)

Birkirkara rritornaw għar-rebħ wara t-telfa li sofrew il-ġimgħa l-oħra kontra Mosta, b’ wirja dominanti fuq Balzan, bl-iskor finali jkun 3-0. Gowl ta’ Yannick Yankam wara kwarta logħob u doppjetta ta’ Andrei Ciolacu taw ir-rebħa meritata lil Birkirkara.

Birkirkara fetħu l-iskor wara kwarta logħob permezz tal-midfielder Yannick Yankam li xeħet ġewwa mill-viċin meta rċieva l-ballun f’saqajh wara konfużjoni fil-kaxxa meta d-difensuri ta’ Balzan ma rnexxielhomx jikklerjaw il-periklu.

L-ewwel 25 minuta kwieti apparti l-gowl ta’ Birkirkara, b’Balzan jattakkaw l-avversarji tagħhom u l-Kalkariżi jirreżestu tajjeb u jattakkaw bil-kontrattakk.

Birkirkara ħadu ċ-ċans li jirduppjaw l-iskor fis-37 minuta meta Andrei Ciolacu sab ix-xibka b’xutt ċentrali minn penalty li wasal minn foul kommess fil-kaxxa minn Caruana fuq Beltre.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Balzan waslet fl-aħħar minuti tal-ewwel taqsima meta minn kross insidjuż mil-lemin, Leanardo Da Silva ma rnexxielux isib ix-xibka minn ftit metri ‘l bogħod u xeħet barra.

L-ewwel taqsima diżappuntanti għal Balzan, minn naħa l-oħra l-attakkanti Kalkariżi kienu preċiżi fil-konklużjonijiet tagħhom biex b’hekk kisbu vantaġġ ta’ 2-0.

Birkirkara komplew fuq l-offensiva fit-tieni taqsima hekk kif fis-46 minuta Andrei Ciolacu kiseb id-doppjetta personali tiegħu meta approfita ruħu mill-iżball tad-difensur ċentrali Raso u ħarab b’kontrattakk veloċi biex ikkonkluda b’kalma fix-xibka wara li qabeż il-goalkeeper Golovic.

Azzjoni tajba ħafna mis-sostitut Matteo Gambin mix-xellug fis-77 minuta meta rnexxielu jidħol fil-kaxxa b’ġirja veloċi u ttanta xortih b’xutt angolat fil-baxx, bil-konklużjoni tgħaddi ftit barra.

Balzan kellhom l-opportunità li jiksbu gowl lura fil-85 minuta permezz ta’ freekick ċentrali mogħti minn Da Silva jkun għoli wisq.

Il-partita spiċċat 3-0 favur il-Kalkariżi, biex b’hekk irritornaw għar-rebħ b’prestazzjoni konvinċenti kontra Balzan.

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

L-ewwel gowl tal-partita skorjat minn Yannick Yankam (Ritratt: Josef Fitzpatrick)