Futbol Sport

Draw ta’ erba’ gowls bejn Napoli u Milan…Inter jegħlbu lil Roma f’San Siro

Ritratt: EPA

Fi Stadio Diego Maradona draw spettakolari bejn Napoli u Milan, bl-iskor finali ta’ 2-2. Milan marru fil-vantaġġ b’doppjetta ta’ Olivier Giroud fl-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima rimonta ta’ Napoli. Fil-50 minuta Di Lorenzo għadda lejn Matteo Politano li xeħet wara Maingnan għal 2-1. Biex fit-63 minuta freekick mill-isbaħ ta’ Giacomo Raspadori kiseb id-draw għal Napoli.

F’San Siro Inter għelbu lil Roma bl-iskor minimu ta’ 1-0. Matul il-partita spikkat l-animosita mill-partitarji ta’ Inter lejn l-attakkant ta’ Roma, Romelu Lukaku wara t-trasferiment kontroversjali tas-sajf. Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-81 minuta meta Di Marco żmarka lil Marcus Thuram li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Serie A

Illum Cagliari v Frosinone 4-3, Monza v Udinese 1-1, Inter v Roma 1-0, Napoli v Milan 2-2
Għada Empoli v Atalanta 6.30pm, Lazio v Fiorentina 8.45pm