Lokali

“€400 miljun għebu minħabba ħadma minn dawk li kienu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna” – Martin Balzan

Waqt il-protesta li saret ftit tal-ħin ilu, permezz ta’ vidjow irrikordjat, il-President tal-MAM, Martin Balzan qal kif rajna €400 miljun li għebu minħabba ħadma minn dawk li kienu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna.

Martin Balzan qal li dan ifisser biss li l-pazjent Malti spiċċa bla sptar ġdid f’Għawdex, bi sptar mentali mingħajr ebda rinnovazzjoni, u bl-Isptar San Luqa qed jaqa’ biċċiet. Dan minħabba li l-flus marru għand il-barrani.

Il-MAM tippretendi li l-Gvern Malti jqis lil Malta l-ewwel u qabel kollox u bla dubju ta’ xejn iġib il-flus lura u jassigura li l-infrastruttura u s-servizzi meħtieġa jsiru.

“Aħna lgħabna ma’ Vitals u ma’ Steward u tlifna mal-€400 miljun,” qal Balzan. “Dawk tal-poplu Malti u Għawdxi u għandhom jiġu lura.”