Futbol Sport

Erling Haaland u Phil Foden jagħtu rebħa meritata lil Manchester City fuq ir-rivali

(Ritratt: EPA)

Fid-derby ta’ Manchester, kienu Manchester City li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 fuq Manchester United. Qabel il-partita ingħatat tislima xierqa lil-leġġenda ta’ Manchester United u t-tim Ingliż Sir Bobby Charlton. Fis-26 minuta Man City jiftħu l-iskor meta Hojlund deher iwaqqa’ lil Rodri fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru Erling Haaland ma żbaljax għal 1-0. Fil-50 minuta Man City jirduppjaw meta minn cross ta’ Bernardo Silva, reġa’ kien Haaland li xeħet wara Onana għal 2-0. Fit-80 minuta Man City għalqu l-partita b’gowl ta’ Phil Foden.


F’Anfield rebħa komda għal Liverpool fuq Nottingham Forest bl-iskor ta’ 3-0. Diego Jota fetaħ l-iskor għat-tim ta’ Jurgen Klopp fil-31 minuta, wara l-goalkeeper Turner ma żammx tajjeb xutt ta’ Darwin Nunez. Erba’ minuti wara Liverpool jirduppjaw, meta din id-darba Dominik Szobolszlai għadda lejn Darwin, li mill-viċin ma żbaljax għal 2-0. Fis-77 mintua Mohammed Salah għalaq il-partita bit-tielet gowl.

Illum: West Ham v Everton 0-1, A. Villa v Luton 3-1, Brighton v Fulham 1-1, Liverpool v Nott. Forest 3-0, Man Utd v Man City 0-3