Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta karozza tat-tip BMW ħadet in-nar fi Triq iċ-Ċiklamini, San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9 am meta għal xi raġuni l-vettura ħadet in-nar. Fil-ħin tal-inċident kien hemm is-sewwieq li kien qed jistenna fiha. Jidher li fil-ħin li ġara kollox, hu rnexxilu joħroġ ‘il barra qabel kien tard wisq.
Fil-filmati li waslu għan-NET News jidhru diversi persuni li marru jgħinu lis-sewwieq billi kkontrollaw xi ftit jew wisq in-nirien sakemm fil-post waslu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfgħu n-nar.
L-ebda persuna ma kellha bżonn l-assistenza medika.
//= $special ?>