“Pajjiżek jiddependi minnek, uliedek jiddependu minnek, il-futur jiddependi minnek; għalhekk huwa importanti li llum tingħaqdu magħna biex twassal leħnek u nieħdu lura l-flus li nsterqulna.”
Kien dan li appella l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt il-programm Analiżi sabiex kull Malti u Għawdxi li għandu għal qalbu pajjiżna, jingħaqqad mal-PN illum quddiem Kastilja fl-4 pm għal protesta nazzjonali li se ssir fid-dawl tas-serq tal-€400 miljun.
It-Tnejn li għadda, sentenza fil-Qorti uriet biċ-ċar li d-deal tat-tliet sptarijiet li sar ma’ Vitals u Steward mhux biss kien wieħed frawdolenti iżda qed turi li Robert Abela ma jridx li jiftaħ kawża kontrihom għax jaf li huwa kompliċi.
Kien għalhekk li Bernard Grech appella biex kull persuna tingħaqqad mal-PN ħalli jinsisti li jinġibu lura l-flus misruqa f’dan id-deal skandaluż.
Fakkar li huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ jtik dak li jixraqlek, b’futur li jixraqlek.
//= $special ?>