Lokali

Ippublikat ktieb ġdid b’chats u informazzjoni

Ktieb ġdid li ġie ppublikat fl-aħħar jiem minn Arnold Cassola bl-isem ta’ ‘The Marsa Junction Hidden Secrets’ jinkludi chats u informazzjoni ġdida dwar il-proġett tal-Marsa u l-allegazzjonijeit ta’ korruzzjoni f’dan il-proġett bejn Yorgen Fenech u Frederick Azzopardi, l-eks Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta.

Il-kitba tallega li l-istess Frederick Azzopardi talab lil Yorgen Fenech madwar 45% minn €11-il miljun b’rabta mal-proġett… liema proġett kien sewa madwar €70 miljun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK103, Arnold Cassola qal li apparti li dan il-proġett falla hekk kif wieħed għadu jeħel fi traffiku kbir, il-Gvern Laburista għandu minnufih jimplimenta ċ-checks and balances biex jiżgura li dawn jintefqu b’mod sigur.

Cassola qal li l-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, f’każ ieħor, qed jgħatti lill-kriminali billi ma jressaqhomx il-Qorti, minkejja l-evidenza li qed toħroġ ta’ kuljum.

Kumment tal-għajnuna legali ta’ Frederick Azzopardi

“B’referenza għall-artiklu “Ippublikat ktieb ġdid b’chats u informazzjoni dwar il-proġett tal-Junction tal-Marsa”, nistqarr li jien qatt ma tlabt xejn dwar il-Marsa Junction Project u dwar ebda proġett jew ħidma oħra. Il-korrispondenza sħiħa li minnha ġew ikkwotati messaġġi dwari sena ilu, u ripetuti llum, m’għandha x’taqsam xejn mal-proġett tal-Marsa u ma hi relatata ma ebda irregolarità.”