Fid-diskors li għamel Id-Direttur Ġenerali tal-MEA, Joe Farrugia qal kif dan l-iskandlu tat-tliet sptarijiet wassal għal nuqqasijiet kbar f’pajjiżna, bil-poplu Malti spiċċa ma jafda lil ħadd fit-tmexxija ta’ Malta.
Joe Farrugia qal li rajna nuqqas ta’ fiduċja fil-politiċi fejn iktar nies qed jaqtgħu qalbhom fil-politika onestà, u nuqqas ta’ fiduċja fin-negozji li qed tidħol fl-imħuħ li biex tirnexxi trid tkun taf lin-nies u mhux tasal għax kapaċi.
Dan kollu, Farrugia kompla, ħalla impatt fuq is-servizzi tas-saħħa tagħna, flus li setgħu ġew investiti fil-popolazzjoni Maltija, fejn rajna t-telf ta’ dawn il-flus li setgħu ġew investiti f’xi ħaġa oħra. Bażikament, qal Joe Farrugia, rajna biss flus li ġew mormija.
Fl-isfond ta’ dan kollu, Joe Farrugia qal li hemm bżonn li l-poplu kollu jingħata spjegazzjoni onestà ta’ dak illi ġara, bla ebda logħob ta’ ftehim sigrieti u kuntratti li ma nafux x’fihom. Qal li hemm bżonn ukoll li ssir ġustizzja ma’ min seta’ uża’ l-fiduċja li l-elettoral afda f’dawk li qed imexxuna u nassiguraw li skandli bħal dawn ma nerġgħux naraw bħalhom.
//= $special ?>