Lokali

“Mortu minn wara dahar il-poplu Malti u Għawdxi u sraqtuh il-miljuni ta’ ewro” – Adrian Delia

Id-Deputat Nazzjonalista, Adrian Delia ta bidu għall-Protesta Nazzjonali quddiem Kastilja bit-tema ‘Irridu l-€400 miljun li nsterqu minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi’ fejn qal li għandna Gvern li mar minn wara dahar il-poplu Malti u Għawdxi u seraqna il-miljuni ta’ ewro.

Permezz ta’ referenzi mid-dikjarazzjoni tal-Qorti, Adrian Delia qal li jidher biċ-ċar li l-Gvern Laburista qatt ma kellu f’moħħu li jagħti l-isptarijiet lill-barranin biex isir titjieb fihom, u dan kien konfermat mill-Qorti.

Kompla jgħid li min suppost kellu jħares l-interessi tal-pajjiż, minflok kompla jħallas il-miljuni ta’ ewro minkejja li ma kienux qed iwettqu l-obbligazzjonijiet tiegħu.

Adrian Delia qal li l-Gvern Laburista assigura li jaħbi l-ħmieġ tiegħu stess billi kompla jagħti l-miljuni ta’ ewro meta kien jaf li Steward Healthcare ma kienux qed jgħaqqdu dmirijiethom.

Issa, kien propju il-Partit Nazzjonalista li qam u rebaħ l-isptarijiet lura għall-Maltin. Iżda, Adrian Delia appella li għandu jkun propju l-Gvern li jidħol għall-Maltin u jirranġa l-ħażin li għamel hu stess.

“Il-ġlieda mhix se tieqaf hawn,” qal Adrian Delia. “Ġibna l-isptarijiet lura iżda issa rridu l-miljuni ta’ ewro lura.”

Adrian Delia appella biex kull persuna tingħaqqad b’vuċi waħda biex tgħid lill-Gvern li ttradixxa lill-poplu Malti u lill-pajjiżna.