Matul il-protesta tkellem ukoll il-President taċ-Chamber of SMEs, Paul Abela fejn appella lill-Gvern biex fil-jum tal-Budget, il-Ministru tal-Finanzi jassigura li jkun sab ir-rotta t-tajba għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
Paul Abela fakkar kif huwa inkwetanti li fil-maġġoranza tan-negozji jemmnu li l-pajjiż sejjer fid-direzzjoni il-ħażina. U kien hawnhekk fejn ġibed l-attenzjoni li qed jara sentiment kontra n-negozju.
Qal li kulħadd jaf li l-inflazzjoni hi għolja, iżda jippretendi li jitneħħa s-sentiment kontra n-negozji dwar din il-problema.
//= $special ?>