Lokali

Segwi b’mod dirett il-Protesta Nazzjonali quddiem Kastilja

https://www.facebook.com/partitnazzjonalista/videos/764160302392059

Għadha kemm bdiet il-Protesta Nazzjonali fl-4pm quddiem Kastilja bit-tema: Irridu l-€400 miljun li nsterqu minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi.

Il-protesta se tkun indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll minn kelliema f’isem numru differenti tat-trade unions fost oħrajn.

F’messaġġ li qasam fuq il-media soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella sabiex kulħadd jattendi għal din il-protesta sabiex jipprotestaw kontra l-frodi ta’ Robert Abela, Joseph Muscat u sħabu. Bernard Grech fakkar ukoll kif il-Qorti tal-Appell qalet li l-Gvern ta’ Robert Abela ħadem kontra l-interessi ta’ pajiżna.

Segwi l-messaġġ ta’ Bernard Grech hawnhekk:

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/pfbid02YgAAcUe84tU7Le2PPoNfhgUPQfZ6rNdpFEyHfKJKhcLYuNJboqSMpe8oz43oZjhAl?mibextid=YxdKMJ

Intant f’kummenti li ta lil NetNews Alex Perici Calasione, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, fisser kif il-poplu kollu huwa msejjaħ għal din il-protesta li mhix protesta għan Nazzjonalisti biss imma protesta għal poplu Malti u Għawdxi kollu, għax dan huwa mument nazzjonali importanti ħafna.

Minn naħa tiegħu Micheal Piccinino, is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista qal li, Irridu nibqgħu nagħmlu pressjoni sabiex il-Gvern ta’ Robert Abela jagħmel minn kollox biex iġib lura l-€400 miljun li nsteraq il-poplu bid-deal frawdolenti tal-isptarijiet.”