Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Marsa-Ħamrun Bypass

Sewwieq ta’ mutur minn San Ġwann kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa-Ħamrun Bypass.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta-disgħa tal-Ħadd filgħodu bil-bidu tal-bypass – biswit it-telgħa magħrufa bħala tal-Kavallerija hekk kif jidher li għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 52 sena tilef il-kontroll bil-konsegwenza li ħabat ma’ bankina u daħal f’ħajt.

Fil-post ġiet imsejħa l-assistenza ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.