Permezz ta’ filmat li ġie xxerjat fuq X, Volodymyr Zelensky qal li s-summit ta’ Peace Formula li sar f’Malta u li laqa’ mas-66 pajjiż minn madwar id-dinja kollha, irringrazzja fost l-oħrajn lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola tax-xogħol tagħha fl-Unjoni Ewropea favur il-paċi fost il-pajjiżi kollha madwar id-dinja.
Fl-aħħar xhur, Roberta Metsola kienet żaret l-Ukrajna diversi drabi u saħansitra indirizzat il-Parlament Ukren, b’messaġġi ta’ tama li l-missjoni ewlenija hi biex mill-ġdid fl-Ewropa jkollna l-paċi u l-libertà.
Metsola kienet wiegħdet li jkun hemm tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-Ukrajna u l-Parlament tal-Unjoni Ewropea biex ir-relazzjoni ta’ dawn iż-żewġ partijiet tkompli tissaħħaħ.
Is-sena l-oħra, Zelensky kien poġġa fuq il-mejda 10 punti bi pjan għall-paċi madwar id-dinja kollha sabiex ikunu diskussi diversi viżjonijiet u mezz għall-pass ‘il quddiem.
Għal dan is-summit, ir-Russja ma ġietx mistiedna biex tipparteċipa, fid-dawl tal-ġlied li għaddej, filwaqt li ċ-Ċina għażlet li ma taddendix… summit li ddiskuta ħames punti, is-sigurtà nukleari, tal-enerġija u tal-ikel, il-ħelsin ta’ ħabsin tal-gwerra u r-restorazzjoni tal-integrità tat-teritorju Ukren.
//= $special ?>