Budget 2024 Lokali

“Għawdex jeħtieġ sptar ġdid” – Gozo Business Chamber

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-budget, il-Gozo Business Chamber qalet li filwaqt li tinnota b’mod pożittiv it-tkomplija u l-iffinaliżżar ta’ ċertu proġetti li huma essenzjali għal Għawdex, għax hi kienet waħda minn dawk l-entitajiet li proponiet li titnaqqas it-taxxa fiskali, minn 5 għal 2 fil-mija u minħabba li dak kien qed jinċentiva il-bini ta’ appartamenti li m’huwiex bini ta’ kwalita’, talbet ukoll li filwaqt li dak l-inċentiv ma jibqax hemmhekk, jiġi direttat għal inċentivi fuq setturi oħra tal-proprjeta’. Bħal meta wieħed jixtri dar li għalkemm ma tkunx f’urban conservation area wieħed jiddeċiedi li jibqa’ jiżviluppaha bħala dar u mhux blokka ta’ appartamenti. Il-Gozo Business Chamber qalet li filwaqt li tneħħiet it-taxxa li kien hemm fuq il-boll dan ġie sostitwit biss meta l-first time buyers jixtru proprjeta’ f’urban conservation area u l-massimu ta’ €30,000 ġie mgħolli għal €40,000.

Madanakollu il-Gozo Business Chamber qalet li stenniet inċentivi fiskali oħrajn li kienet proponiet hi u għalekk taħseb li tlifna opportunita’ importanti. Sostniet ukoll li xtaqet li jkun hemm miri aktar ċari fejn jidħlu n-niċeċ ekonomiċi għal Għawdex biex vera jkun hemm bidla mis-settur tal-kostruzzjoni, real estate, turiżmu, għal setturi oħrajn u forsi b’inċentivi iktar marbuta biex jistabilixxu dawn in-niċeċ f’Għawdex.

Filwaqt li nnutat li hemm ċertu impenn fuq ċertu proġetti infrastrutturali, xtaqet ukoll li jkun hemm impenn fuq l-isptar il-ġdid. Il-Gozo Business Chamber qalet li l-isptar il-ġdid għal Għawdex huwa u jibqa’ neċessarju u c-Chamber ha tkompli ssostni li Għawdex jeħtieġ sptar ġdid u għaldaqstant stenniet li jkun hemm commitment ċar li fl-aħħar mill-aħħar dan l-isptar jinbena.

Hi fakkret kif il-popolazzjoni t’Għawdex qegħda dejjem tiżdied u allura saħqet li għandna naraw li l-isptar tal-lum taqdi l-ħtiġijiet tal-Għawdxin.