“Dan huwa budget li fuq il-lat soċjali kien b’saħħtu, speċjalment għall-faxex l-aktar baxxi. Li jibqa’ vag hu li l-ġid trid mhux biss tqassmu, imma tiġġenerah. Il-mistoqsija hi, kif se niġġeneraw il-ġid?”
Dan qalu Silvan Mifsud meta ta l-ewwel reazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ wara li tressaq il-budget għas-sena d-dieħla.
Silvan Mifsud qal li bħala Kamra, barra l-problemi ġenerali tal-mudell ekonomiku, stennew li se jkun hemm iktar push ċara ta’ kif se nitrassformaw u nġeddu u nagħtu nifs ġdid lil ċertu setturi ekonomiċi, sew jekk hu t-turiżmu, sew jekk hu l-manifattura, jew jekk hu s-servizzi.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li fil-budget kien hemm diskors imma xejn fattwali, xejn ċar. Sostniet li waħda mill-ikbar problemi li għandna fil-pajjiż hija t-traffiku – problema li fil-budget hi kważi assenti. Silvan Mifsdua qal li “fuq it-traffiku hemm xi nofs paġna….paragrafu li jgħid li se nistudjaw biex naraw nagħmlux private partnership biex noħolqu żoni ta’ parkeġġi. Iżda ż-żmien li nistudjaw fejn għandu x’jaqsam it-traffiku issa spiċċa.”
Mifsuda kompla li l-Gvern jidher li qed jipprova iżomm id-domanda fil-faxxa l-baxxa għaddejja. U saqħaq li bħala Kamra, diġa għandhom indikazzjonijiet li l-inflazzjoni tagħna s-sena d-dieħla se tkun aktar għola mill-average ta’ żona ewro. Il-Gvern stess qed jistma li l-inflazzjoni s-sena d-dieħla tkun ta’ 3.7% mentri l-estimi tal-Kummissjoni Ewropeja għas-sena d-dieħla kollha juru li għallinqas se tkun 2.8%.
Fl-aħħarnett qal li l-Kamra tal-Kummerċ kienet qed tistenna li l-budget jiffoka aktar fuq kif se niġġeneraw il-ġid.
//= $special ?>