Budget 2024 Lokali

AKTAR KRITIKA GĦAD-DISKORS TA’ CARUANA: “L-SMEs kellhom ikunu protagonisti f’dan il-Budget”

Il-Kamra tal-SMEs fi stqarrija qalet illi l-ikbar serħan il-moħħ ta’ dan il-Budget huwa li s-sussidju se jiġġedded u dan sakemm se jkun hemm bżonn. Din toffri ċertezza bażika imma important ħafna.

L-SME Chamber tinnota li fid-diskors tal-Budget ma’ kien hemm l-ebda enfasi u wisq inqas inċentivi ġodda ta’ kif se jissaħħu l-SMEs. Suġġett importanti ieħor kien il-pjan ta’ kif l-ekonomija ha tiġġedded u jidher li l-Gvern irid jattira t-tkabbir ekonomiku minn setturi high-end.

Fl-istess ħin pero qed ninsew il-maġġoranza assoluta tan-negozji li jiffurmaw il-mutur tal-ekonomija Maltija. Għalhekk huwa iktar importanti li naraw li n-negozji ż-Żgħar u Medji ta’ pajjiżna jkollhom inċentivi ta’ kif se jiġġeddu u jimmodernizzaw ruħhom biex ikunu parti millistrateġija li wieħed irid jilħaq għall-ġejjieni.

Il-Kamra Maltija għan-Negozji Żgħar u Medji taħdem is-sena kollha mhux bi preparament għal Budget biss. Għalhekk, se tkompli taħdem biex din id-diskrepanza tiġi indirazzata u tingħata l-priorita’ lin-negozji żgħar u medji Maltin.