Budget 2024 Lokali

“Budget li ttradixxa lill-ħaddiema” – Forum Unjins Maltin

Il-Forum Unjins Maltin tinsab iddiżappuntata li minkejja l-assigurazzjoni li kellha mill-Ministru tal-Finanzi li f’dan il-budget, ħa jsir l-aġġustament fil-pagi tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku u tas-settur pubbliku, hekk kif sar fil-budget tal-2023, jidher biċ-ċar li l-gvern mar lura minn kelmtu u ttradixxa lill-ħaddiema.

Fin-nuqqas ta’ dan il-mekkaniżmu eluf ta’ ħaddiema se jispiċċaw minn taħt minħabba dan il-budget. Bir-riżultat li dawn il-ħaddiema ser ikunu ifqar, bi spending power ħafna inqas minn ta’ din is-sena. Din hija daqqa ta’ ħarta kbira għall-ħaddiema kollha fl-isfond ta’ għoli tal-ħajja bla rażan. Dan meta f’dan il-budget il-Gvern reġa’ naqas milli jdaħħal miżuri konkreti biex irażżan l-għoli tal-ħajja.