“Dan huwa budget bla soluzzjonijiet.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook wara li ġie preżentat il-Budget mill-Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana fil-Parlament.
Huwa qal li dan il-budget imħabbar huwa bla soluzzjonijiet u mhux jindirizza l-akbar sfidi li qed naffaċċjaw. “Bla soluzzjoni għall-għoli tal-ħajja, għat-traffiku, għall-popolazzjoni eċċessiva, għall-iskart u t-telqa u għall-korruzzjoni minn dawk qrib Kastilja.”
Il-Kap tal-PN qal li pajjiżna jixraqlu aħjar u huwa għalhekk li l-viżjoni tal-PN se jkomplu jħabbru t-Tnejn li ġej hija viżjoni ta’ eċċellenza għal ħajja aħjar.
Bernard Grech fakkar li l-wegħda tal-PN hija li jsaħħu r-reputazzjoni u l-integrità: Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-fiduċja lura lill-istituzzjonijiet governattivi.
Fejn jidħol it-tiġdid Ekonomiku se jkunu qed jinħolqu impjiegi ta’ kwalità u nnaqqsu d-dipendenza fuq iż-żieda bla pjan tal-popolazzjoni sabiex jingħata nifs ġdid lill-ekonomija tagħna u l-finanzi pubbliċi.
Għall-Partit Nazzjonalista, in-nies huma prijorità u huwa għalhekk li se jkun qed jinvesti fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa, u fl-enerġija nadifa għal kwalità ta’ ħajja aħjar.
Ma jistax jonqos ukoll il-ħarsien tad-demokrazija sabiex jipproteġi l-valuri demokratiċi għal futur isbaħ.
Bil-viżjoni tal-PN hija waħda li se ttejjeb is-sitwazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi. Viżjoni li hija għal ħajja aħjar f’pajjiżna.
Agħfas hawn biex tara l-post ta’ Bernard Grech fuq Facebook.
//= $special ?>