Lokali

“Budget li għamel enfażi fuq miżuri soċjali iżda ma ndirizzax il-bżonnijiet ekonomiċi” – MEA

Fl-ewwel reazzjoni dwar il-Budget 2024, l-MEA qalet kif dan kien Budget li għamel enfażi fuq miżuri soċjali iżda ma ndirizzax il-bżonnijiet ekonomiċi.

Dwar l-Air Malta, l-MEA qalet li qed tistenna dwar dak li se jseħħ mill-airline l-ġdida, b’tama li ma jsirux żbalji bħalma saru fl-aħħar snin.

U dwar l-edukazzjoni, l-MEA nnotat li kien hemm enfażi żgħira ħafna dwar il-ħiliet vokazzjonali sabiex finalment jibbenefikaw l-istudenti u l-bżonnijiet tal-industrija.