Lokali

“Budget li jgħin lill-ħaddiem pero li jintaxxa l-COLA” – GWU

Is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja f’isem il-GWU qal li dan il-budget kien estenzjoni tal-budget tas-sena preċedenti, budget li jgħin lill-ħaddiem pero li jintaxxa l-COLA.

Bugeja qalilna li dan il-budget jgħin lill-anzjani kif ukoll lill-penzjonanti, lill-familji kif ukoll dawk bid-dħul minimu.

Hu tkellem ukoll dwar ir-reviżjoni tat-taxxa, fejn qal li l-miżura tat-tnaqqis tat-taxxa fuq l-overtime kienet miżura tajba ħafna, waqt li s-sussidju tad-dawl u l-ilma huwa sussidju li jkompli jgħin lil kull ċittadin jgħix ħajja aħjar.

Madanakollu Josef Bugeja spjegalna kif l-GWU proponew li ma tiġix intaxatta l-COLA u din ġiet intaxxata.

Waqt li proposta oħra li għamlu il-GWU li ma ġietx aċċettata kienet li l-ħaddiema tal-amministazzjoni pubblika, tal- entitajiet pubbliċi u l-ħaddiema tal-kuntratur li jagħtu servizz lill-amministrazzjoni pubblika jingħataw ir-relattivita barra l-kumpens tal-għoli tal-ħajja.