Martin Balzan, il-President tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions ta’ Malta, irrimarka li fis-sena li għaddiet Malta kellha għoli tal-ħajja eċċezzjonali, u li l-Gvern ma ħadux il-parir tagħhom li jżomm ir-relativita’ bejn il-gradi.
Hu semma wkoll kif minkejja li l-Gvern issussidja l-enerġija, il-Gvern missu iffoka fuq in-nuqqas ta’ ħela u dwar affarijiet li huma favur l-ambjent.
U temm billi sostna li dawk is-servizzi soċjali li jeżistu għal dawk li għaddejjin minn problemi finanzjari, minkejja li huma tajbin, m’għadhomx biżżejjed speċjalment b’konfront mal-inflazzjoni għolja.
//= $special ?>