Budget 2024 Lokali

Edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE mill-5:30pm ‘il quddiem

Illejla, Net TV se jkun qed iwassal xandira maratona b’rabta mal-Budget 2024.

Il-programm jibda fil-5:30pm u se jinkludi analiżi mill-istudios, flimkien ma’ Robert Cremona, u kollegamenti minn barra l-Parlament.

Imbgħad, wara l-Budget, jixxandru l-kummenti tal-Kap tal-PN Bernard Grech.

Ix-xandira speċjali ta’ NETLIVE se tkompli sa tard bil-lejl, fejn fl-istudios se jkun hemm preżenti unions u Korpi Kostitwiti. It-tieni parti ta’ NETLIVE se tiġi preżentata minn Roberta Bonello.