F’Marseille inqalgħu incidenti gravi sagħtejn qabel bdiet il-partita mill-Kampjonat Franciż bejn Marseille u Lyon.
Fit-triq li tagħti għal State Velodrome partitarji ta’ Marseille attakkaw ix-xarabank ta’ Lyon fejn waddbu ġebel bir-riżultat li erba’ twieqi tax-xarabank infaqgħu . Waħda minnhom fejn kien hemm il-kowċ Fabio Grosso li weġġa fl-għajn tax-xellug. Meta l-forza tal-ordni kkontrollat is-sitwazzjoni, Grosso u l-assistent tiegħu li wkoll weġġa iddewwew il-klinika tal-istadium.
Wara li l-President ta’ Marseille Pablo Logoria ikkummenta li l-inċidenti huma inaccettabbli fejn skuża ruħu ma’ Lyon, ir-referee tal-partita Francois Letexier informa li kien issospenda l-partita.
Meta deher li kkalmat is-sitwazzjoni Fabio Grosso b’għajnejh mgħottija flimkien mal-plejers daħlu fil-pitch biex sellmu lill-partitarji tagħhom li minħabba s-sigurtà inżammu ġewwa.
Il-każ qed ikun investigat mill-pulizija u għadu mhux magħruf x’passi se jittieħdu fil-konfront ta’ Marseille mill-Federazzjoni Franciża.
