Skont it-tradizzjoni, l-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race intemmet bl-għoti tal-premjijiet li sar f’Dar il-Mediterran Għall-Konferenzi.
L-edizzjoni tal-2023 tat-telllieqa ta’ 600 mil nawtiku tibqa’ mfakkra għat-taħlita ta’ kundizzjonijiet u emozzjonijiet li għaddiet minnha l-flotta internazzjonali. Maxi Yacht b’saħħtu jibqa’ mfakkar għal suċċess mhux mistenni, filwaqt li wieħed mill-iżgħar dgħajjes jibqa’ mfakkar għal prestazzjoni fejn żamm lil kullħadd fuq ix-xwiek sal-aħħar.
Ir-Rebbieħ ġenerali, l-jott ta’ 93 pied Bullitt, u dak fit-tieni post, il-jott ta’ 33 pied Red Ruby, li kien qed itellaq fil-kategorija double handed, kellhom distakk ta’ 24 sekonda biss bil-ħin korret.
Ir-rebbieħa ewlenin fir-Rolex Middle Sea Race 2023 kienu : Bullitt – Rebbieħ Ġenerali taħt l-IRC Limosa – Rebbieħ tal-Line Honours (Multihull) Leopard 3 – Rebbieħ tal-Line Honours (Monohull) Red Ruby – Rebbieħ tal-Klassi Double Handed taħt IRC u Rebbieħ tal-Kategorija ORC.
Waqt il-preżentazzjoni, David Cremona Commodore tar-Royal Malta Yacht Club irrikonoxxa d-diversità tal-flotta, il-firxa ta’ daqsijiet ta’ jottijiet, it-talent u l-esperjenza differenti fi ħdan l-ekwipaġġi, u r-rappreżentanza globali tagħha.
Minbarra l-ekwipaġġi parteċipanti, għall-okkażjoni attendew wkoll l-Ambaxxatrici għal Franza Agnès von der Mühll, l-Ambaxxatur Taljan Fabrizio Romano, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-President ta’ Malta George Vella.
Ir-Royal Malta Yacht Club ippreżenta ċekk ta’ €5,000 lejn il-Malta Community Chest Fund Foundation. Il-45 Rolex Middle Sea Race se tibda nhar is-Sibt, 19 ta’ Ottubru 2024.
//= $special ?>