Internazzjonali

Ikomplu l-attakki mill-ajru fuq Gaza

Wara lejl ieħor ta’ bumbardamenti, il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael qalu li wettqu 600 attakk fuq il-Hamas; żieda ta’ 150 attakk fuq il-ġurnata ta’ qabel.

Is-Soċjetà Palestinjan Red Crescent minn naħa tagħha qalet li qed ikomplu l-attakki Iżraeljani mill-ajru fiz-zona madwar l-Isptar ta’ Al-Quds fil-belt ta’ Gaza – bit-tobba jkunu mitluba sabiex jitilqu miz-zona.

Persuni li jaħdmu f’dan l-Isptar qalu li kien impossibbli li jiġu evakwati l-pazjenti li qed jingħataw kura f’dan l-Isptar. Dan qed iwassal biex mijiet ta’ persuni spiċċaw maqbuda f’dan l-isptar u ma jistgħux jaħarbu. 

Matul il-jum tal-Ħadd f’Gaza waslu 33 trakk tal-merkanzija… l-ikbar ammont ta’ għajnuna umanitarja minn meta bdew dawn l-attakki fil-bidu ta’ Ottubru.

U fi żviluppi oħra… fir-Renju Unit tlaqqa’ l-Kumitat COBRA sabiex jiddiskutu r-riskji tas-sigurta domestika kaġunati mill-kunflitt f’Iżrael …. u sabiex ikun assigurat li s-sistemi Brittaniċi jkunu protetti mit-theddida tat-terroriżmu.