“Dan huwa budget li minflok tkellem dwar il-piż li qed jerfa’ l-poplu Malti u Għawdxi, huwa budget li sar minn Gvern li jibqa’ jinsisti li jrid jibqa’ miexi bil-mudell ekonomiku taċ-cheap labour.”
F’kumment li ta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fuq barra tal-Parlament qal li dan hu Gvern Laburista li għal sena oħra se jħalli lill-poplu Malti jikkompeti b’diffikultà kbira mal-ħajja ta’ kuljum, bħat-traffiku, it-telqa, u l-għoli tal-ħajja, fost l-oħrajn.
Bernard Grech qal li dan il-Budget qed jurina biċ-ċar li dan hu gvern li għejja u m’għandux soluzzjonijiet.
B’rimarka għal dak li seħħ fil-Parlament, Bernard Grech qal li kulma raw kien biss tisbit fuq l-imwejjed waqt li kien ċar li l-Gvern Laburista ma ħassx il-polz taż-żgħir li mhux ilaħħaq mal-ħajja.
//= $special ?>“Gvern li mhux jagħti soluzzjonijiet”
Bernard Grech