Carmen Abela waħda mill-vittmi ta’ qtil doppju fil-Marsa kienet imbeżża’ minħabba li kienet qed tiġi mhedda minn raġel ta’ 34 sena mill-Ghana hekk kif ċemplet lill-Pulizija u qaltilhom li hi u Joseph Bartolo kienu qegħdin jiġu aggrediti. Hekk kif qaltilhom li Iddrisu Faisal kien jinsab ħdejha l-linja waqgħet bil-koppja tispiċċa maqtula.
Meta Abela kienet qed titkellem mal-Pulizija minn fuq il-linja nstema’ ħafna għajjat bħal ‘go away’ kif ukoll ħafna tisbit. Meta wasal l-Ispettur Kurt Zahra fuq il-post huwa ma sab bien tal-injam imkisser u li ma setax jinfetaħ sew minħabba li kien hemm il-vittma mara timblukkah.
Il-vittma kellha l-mobile f’idejha filwaqt li l-vittma maskilu kien viċin tagħha. Bartolo kien jidher li kien qala’ daqqa kbira fejn saħansitra l-forma ta’ rasu nbidlet. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur mill-iskwadra tal-omiċidji Kurt Zahra hekk kif quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni ta’ Iddrisu Fajsal ta’ 34 sena residenti l-Marsa li jinsab mixli li ħebb u qatel żewġ persuni f’argument f’razzett fil-Marsa, f’dak li qed jiġi deskritt bħala qtil makabru.
Il-każ seħħ fil-15 ta’ Ottubru, f’razzett fl-inħawi ta’ Triq it-Tiġrija, fejn ġie spegat fil-Qorti l-kommossjoni sħiħa li rriżulta minn dan l-omiċidju doppju. Il-Pulizija kienet sabet lil Carmen Abela ta’ 56 sena, u Joseph Bartolo ta’ 73 sena mixħutin mal-art f’kamra mimlija demm wara aggressjoni li seħħet permezz ta’ mqass kbir li jintuża bħala għodda. L-Ispettur Zahra qal li d-daqs tal-imqass huwa madwar metru lu huwa magħruf bħala ‘bold cutter.’
Hu jinsab mixli wkoll li weġġa’ ħafif lil raġel ieħor Niġerjan li jiġi ħuha u kien preżenti waqt l-argument, kif ukoll lil kuntistabbli tal-pulizija, li sofra ġrieħi f’wiċċu waqt li flimkien ma’ Pulizija oħra ipprova jikkalma lill-akkużat li rreżista l-arrest, fejn kellu jintuża t-taser gun biex Fajsal jiġi arrestat. Fil-fatt Fajsal qed jiġi akkużat ukoll li rreżista l-arrest u li għamel ħsara fil-bieb ta’ barra tar-razzett.
L-Ispettur Zahra beda x-xhieda tiegħu billi qal li fil-15 ta’ Ottubru għall-ħabta tad-9.30am. l-Għassa tal-Ħamrun kienu nfurmati li fi Triq it-Tiġrija hemm persuna li kellu sikkina f’idu, u li dan huwa ta’ karnaġġon sewda.
Il-Pulizija marru jagħmlu patrol fl-inħawi u ma raw xejn. Fil-frattemp daħlet telefonata oħra li tgħid li dan kien fi Triq Diċembru 13, fejn il-‘horseriding school’ l-antika, fejn seħħ id-delitt.
Il-Pulizija tal-patrol meta kienu fi Triq it-Tiġrija, l- Marsa, raw Land Rover tal-Pulizija, li tintuża minn tal-Kavallerija. Hemm kien hemm tliet persuni lebsin flokk abjad bl-arma tal-Pulizija. Dawn għamlu sinjal lill-Pulizija tad-Distrett li kellhom bżonn l-assitenza, fejn irriżulta li kienu raw persuna armat b’ħadida kbira f’idu u raġel ieħor jippriva jżommlu l-ħadida minn idu.
Il-persuna li kellu l-ħadida f’idu kien qabeż ‘gate’ fil-viċin filwaqt li l-persuna l-oħra ta l-assistenza biex dan jieqaf kien bilqiegħda fuq bankina. Il-persuna li qabeż il-‘gate’ ġie arrestat mill-Pulizija tal-RIU. Ix-xhud qal li Surġent mill-Għassa tal-Ħamrun kienet infurnata li r-raġel li kellu l-ħadida f’idu kien agredixxa żewġ persuni u hi marret f’dan il-post li kien viċin ħafna fejn kien hemm żewġ persuni li kienu jidhru bla ħajja.
Zahra qal li hu ġie nfurmat mill-conrol room li fil-post kien hemm żewġ persuni mejtin. Hu mar fil-post mill-ewwel u mal-wasla tiegħu nduna li l-area kienet qed tiġi preservata u minnufih kellem lill-Pulizija li qed jippreserva l-inħawi. Dan il-Pulizija ndikalu fejn kienu l-mejtin u fejn l-aggressur kien qed jiġi arrestat.
L-ewwel ma għamel kien li mar fuq il-post fejn qed jiġi arrestat ir-raġel inkwistjoni biex jara hemmx bżonn ta’ aktar assistenza f’dan ir-rigward. Zahra qal li ra persuna miżmum mal-art bil-manetti kien qed joffri reżistenza imma l-Pulizija kienu qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Zahra qal li l-persuna tat kontroll kien l-akkużat. Meta ra li s-sitwazzjoni taħt kontroll mar fejn il-persuni li kienu jidhru bla ħajja. Tenna li hu kien liebes ilbies protettiv biex ma jikkonteminax l-inħawi.
Tnejn oħra aggrediti
Qal li ma daħalx ġewwa imma min ħdejn il-bieb seta’ jara raġel u mara f’ammont ta’ demm. Osserva wkoll li kien hemm żewġ persuni oħra li kienu qed jiġu medikati mill-paramediċi, t- tnejn ta’ nazzjonalità Niġerjana, raġel u mara. Qal li mar jieħu l-verżjoni tal-mara li qalet li kienet ġiet aggredita b’ħadida kbira mill-akkużat.
Hija qalet li tgħix fi stallel fejn hi u oħrajn kienu qed joqgħodu bil-kera. Tenniet li ma tgħix fil-parti ta’ fejn joqgħodu tal-vittmi. Dak inhar filgħodu ħarġet fil-komun u kif bdiet taħsel snina qalet daqqa b’xi ħaġa iebsa u spiċċat ma’ l-art.
L-Ispettur Zahra qal li huwa osserva raġel li kien qed jiġi medikat li jiġi ħu l-mara li kienet aggredita waqt li kienet qed taħsel snina. Dan qallu li sema’ l-oħtu tgġajjat u ra lill-akużat, li kellu ‘bold cutter’, ħadida kbira li biha beda jagħti lil oħtu u mar iwaqqfu qala wkoll li rnexxielu jeħodilu.
Fil-fatt l-akkużat qed jiġi mixli wkoll b’attentat ta’ qtil tal-mara Niġerjana, Queen Ogbommaya u li weġġa ħafifa lil ħuġa u kuntistabbli tal-Pulizija f’wiċċu. Zahra qal ukoll li filmati tas-CCTV juru lill-akkużat u persuna ieħor jitqatlu għal ħadida.
Zahra qal li faċċata ta’ delitt hemm l-uffiċċju tal-Pulizija tal-Kavallerija. Dawn qalu li semgħu tisbit u għajjat u telgħu fuq il-bejt ħa jaraw x’kien ġara. Qalu li raw persuna b’ħadida f’idu mal-main door tar-residenza fejn seħħ id-delitt u nstemgħu persuni jgħajjtu. Dawn marru bil-Land Rover, u raw lill-akkużat u persuna oħra jitqabbdu, fejn wieħed minnhom ipprova jieħu l-ħadida mill-ieħor.
Hawn intervjena wieħed minn tal-kavallerija u rmexxielu jeħodha u żammha hu fejn għamilha fil-Land Rover. Il-Pulizija hawn ipprovaw jikkontrollaw is-sitwzzjoni iżda l-aggressur kien tela’ mal-gate, li ġiet sgassata u hawn l-akkużat ġie arrestat wara li ntuża t-taser. L-akkużat flimkien mal-mara Niġerjan, ħuha u l-Pulizija li weġġa’ ttieħdu l-isptar.
Ix-xhud qal li wara li fehem x’kien ġara għamel spezzjoni fix-xena tar-reat. Sostna li l-ewwel bieb kien tal-injam ta’ fejn instabu l-vittmi, bieb li kien imisser u mifqugħ. Tenna li hu seta’ biss jgħaddi mill-ġemb għax il-biċċa tal-bieb kienet qed tiġi mblukkata mill-ġisem tal-vittmi. L-ewwel kien tal-mara, li kienet liebsa shorts iswed u kellha l-mobile phone f’idejha, ħdejha kien hemm Joseph Bartolo, li kien wiċċu l fuq u liebes flokk ċelesti u bil-qalziet ta taħt bi dmija ma’ kullimkien,
Zahra kkonferma li Joseph Barolo kellu daqqa kbira f’rasu u l-forma tar-ras inbidlet. Il-post fejn kien jgħix il-vittma huwa żgħir ħafna u tenna li fil-kamra tas-sodda kien hemm ukoll id-demm.
Ix-xhud qal li hu kompla dieħel fil-kmamar żgħar, speċi ta’ stallel u hemm raha wkoll qtar ta’ demm u kien hemm bagalja roża li kienet til-kamra tal-mara Niġerjana li ġiet aggredita. Ġie kkonfermat ukoll li l-akkużat kellu post fl-inħawi għax instabu dokumenti personali tiegħu.
Ix-xhud qal ukoll li li fl-entrata tal-gate kien hemm flokk mitluq ma’ l-art li sar magħruf li dan kien tal-akkużat. Qal li hu tkellem ukoll ma’ ħu Carmela Abela, Joseph Abela li qal filgħodu dak inhar kien tkellem ma’ oħru u jidher li kollox kien normali.
“Ejjew għax hawn persuna qed jaggredina”
Qallu iżda li sa xahar qabel oħtu l-vittma, kienet gergret miegħu li xi persuni jgħixu fl-inħawi bdew jagħtuha l-inkwiet, u li kellha issue fuq kerha ma kienux qed iħallsu. Sadanittant Natasha u Joseph Scicluna li jiġu mill-vittma Bartolo, qalu li kienu rċevew telefonata minn naħa ta’ Carmen Abela għall-ħabta tad-9.15 am dak inhar tad-delitt. Din qaltilhom – “ejjew hawn għax hawn persuna iswed li qed jaggredina.”, Meta l-Pulizija ċċekkjaw il-mobile il-mobile rriżulta li kienu saru żewġ telefonati waħda ta’ 12-il sekond au l-oħra ta’ 50 sekonda lill-koppja Scicluna, mill-vittma mara.
Ġie kkonfermat ukoll li Abela ċemplet lil Contol Rome tal-Pulzija ftit qabel ma nqatlet. Ix-xhud qal li wara li l-akkużat inżamm għall-osservazzjoni l-Isptar Mater Dei u ġie dikjarat mt-tobba li seta’ jiġi rilaxxat u interrogat, ttieħed il-lock-up u għall-ewwel ma kkopera xejn mal-Pulizija dwar il-lingwa li biha seta’ jikkomunika. Dan meta l-isptar u ma sħabu hu kien magħruf li kiej jitkellem bl-Ingliż.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, ikkonfemat l-esperti kollha, fl-inkjesta maġisterjali li għadha kemm ġiet esebita. L-avukat Joe Brincat talab biex jara liema huma l-esperti li tqabbdu fl-inkjesta. Il-Maġistrat qaltlu li għandu 24 siegħa sabiex iressaq rikors biex jikkontesta n-nomina tal-esperti fl-inkjesta. Il-kawża ġiet differita għat-Tlieta, fid-9am.. Għall-akkużat qed jidhru l-avukati Joe Brincat u Julia Micallef Stafrace.
L-Avukati Kaylie Bonett u Ramon Bonett Sladden rrappreżentaw lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala prosekuturi filwaqt li l-Ispetturi Kurt Zahra u Wayne Camilleri li kienu l-investigaturi ewlenin fil-każ rrappreżentaw lill-Korp tal-Pulizija u li wkoll kienu jagħmlu parti mill-prosekuzzjoni. L-Avukati Jason Azzopardi, Kris Busietta u Franco Debono qed jidhru bħala parte civile fil-każ.