Lokali

Illejla jiġi ppreżentat il-Budget 2024

Illejla l-Gvern jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla… bil-Unions u l-Korpi Kostitwiti jibqgħu sal-aħħar jappellaw lill-Gvern biex jippreżenta pjan ekonomoki car ghall-futur tal-pajjiż u jimplimenta miżuri li jgħinu iktar lill-familji u l-ħaddiema f’mument partikolari li fih il-poplu qed jaffaċjaw diversi sfidi foshom dik tal-għoli tal-ħajja.

Id-diskors tal-Budget li jsir mill-Ministru Clyde Caruana jibda fis-6:30pm, u mistenni jdum madwar sagħtejn u nofs.

In-nies qed jistennew li l-Ministru tal-Finanzi joffri soluzzjonijiet cari fosthom għall-kwistjoni tat-traffiku, għas-settur tas-saħħa, il-problema tal-għoli tal-ħajja, u biex tiġi indirizzata l-kwalità tal-ħajja li qed titnaqqar.

Illejla Net TV se jkun qed iwassal servizz estensiv biex jispjega l-punti kollha preżentati fil-Budget. Ix-xandira tibda fis-5:30pm b’edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE b’kollegamenti diretti mill-Parlament, u eżatt wara jixxandar id-diskors sħiħ tal-Budget.

Isegwi imbagħad bulettin dettaljat ta’ Net News li jwassal l-ewwel kummenti anke tal-Kap tal-PN Bernard Grech. Dan apparti kollegamenti, reazzjonijiet mill-imsieħba soċjali, u diskussjoni fl-istudios sa tard bil-lejl.