Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ sostnew li huma ferħanin li ser isir iżjed investiment għal-intrapriżi żgħar kif ukoll għas-summit li ser jibda jsir f’Malta.
Iżda minkejja dan, rappreżentant tal-KNŻ Mikhail Baldacchino sostna li fl-aspetti tas-saħħa mentali, edukazzjoni sesswali kif ukoll fl-attiviżmu hemm nuqqas kbir, u li dawn għandhom jiġu indirizzati b’mod iżjed dirett.
Hu temm billi semma kif iż-żgħażagħ għandhom bżonn iktar għajnuna sabiex jixtru proprjeta’, u li hemm bżonn investiment fis-settur tal-housing li huwa iżjed indirizzat lejn iż-żgħażagħ kif ukoll l-ekonomija Maltija sabiex jimtlew id-djar vojta li hawn madwar Malta u Għawdex.
//= $special ?>