Budget 2024 Lokali

L-ACE tgħid li s-sussidju fuq id-dawl kien estenzjoni tajba pero l-proposta tagħhom dwar ir-refużjoni tat-taxxa ma ttiħditx

F’kummenti li ta lil Net News il-Viċi President ta’ ACE, Matthew Pace qal li s-sussidju tal-enerġija li ġiet estiża għas-sena li ġejja kienet xi ħaġa li l-ACE ħadet gost biha, hekk kif din l-industrija tonfoq ammont sostanzjarju fuq d-dawl.

Pace qal ukoll li ż-żieda fil-paga minima hija piż fuq l-industrija, hekk kif din iż-żieda se jkollha titħallas min minn iħaddem, pero dan jirriżulta f’iżjed flus fil-but tan-nies, li fl-aħħar mill-aħħar huma il-klijenti ta’ din l-industrija stess, għalhekk terga’ tintefaq fl-istess stabbilimenti.

Minn naħa l-oħra l-Viċi President ta’ Ace, stqarr li l-pre budget proposal tagħhom sabiex il-vat ta’ din l-industrija tiġi ridotta daqs dik tal-akkomodazzjoni, bħall ma fil-fatt hi fi 22 pajjiż ieħor tal-mediterran, u għalhekk Pace qed jittama li din il-proposta tiġi kkunsidrata malajr u bis-serjetà.