Il-FIFA ssospendiet lill-eks President tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola Luis Rubiales tliet snin minn kull attività relatata mal-futbol
Inizzjalment, Rubiales kien sospiż tliet xhur mill-FIFA f’Awwissu li għadda filwaqt li kien jinsab taħt investigazzjoni għall-imġieba tiegħu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa.
Qabel il-preżentazzjoni tat-tazza lir-rebbieħa Spanja, Rubiales deher jaqbad wiċċ il-captain Spanjola Jenni Hermoso u jbusha fuq xoffitha filwaqt qabel dan l-episodju nqabad bil-cameras jagħmel mossi oxxeni biex jiċċelebra r-rebħa Spanjola. Barra minnhekk Rubiales refa’ lill-plejer Athnea del Castillo fuq spaltu wara l-partita.
Filwaqt li Rubiales għall-ewwel prova jibqa’ għaddej normali fil-kariga tiegħu, wara pressjoni minn bosta, huwa rriżenja minn President tal-Federazzjoni Spanjola u minn Viċi President tal-UEFA. Huwa qed ikun akkużat li kiser Artiklu 13 tal-kodiċi dixxiplinarji tal-FIFA.
Rubiales jinsab ukoll taħt investigazzjoni kriminali fi Spanja fuq l-istess każ.
//= $special ?>