Budget 2024 Lokali Saħħa

L-MUMN issostni li l-Isptar Mater Dei m’għadux addattat għaż-żieda enormi fil-popolazzjoni

“Bħala l-MUMN, l-iktar ħaġa li xtaqna kienet li l-ħaddiema tagħna jaħdmu f’ambjent aħjar”.

Dan sostnieh il-President tal-MUMN Paul Pace f’risposta lejn il-Budget 2024 li ħabbar il-Gvern.

Hu kompla jgħid li s-settur tas-saħħa ma jiddependix biss fuq il-professjonisti, iżda wkoll fuq il-post li jaħdmu fih. Ma dan għamel referenza għas-swali tal-isptar li saħansitra anqas għandhom ventilazzjoni jew toilets.

Irrefera wkoll irrefera għall-fatt li żdiedu s-suwiċidji fl-Isptar Monte Karmeli għax diversi servizzi fi ħdan l-isptar marru lura.

Ikkonkluda billi fakkar kif diversi proġetti tal-isptariiet li ssemmew fil-Budget ta’s-sena l-oħra’ din is-sena, tneħħew kompletament mill-Budget tas-sena d-dieħla.