Bħala risposta għad-dokument ta’ diskussjoni dwar l-emendi għall-Att dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman il-Perit Alan Saliva, ressaq għaxar proposti mmirati biex tkun indirizzata s-sospensjoni awtomatika tal-permessi għall-Iżvilupp waqt appelli ta’ partijiet terzi.
Fl-introduzzjoni tiegħu, il-Kummissarju enfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-implimentazzjoni tal-proposta għall-iżvilupp, speċjalment waqt appelli ta’ partijiet terzi. Dan biex jissalvagwardja wkoll l-interessi tax-xerrejja tal-proprjetà, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoriatjiet regolatorji. Huwa tkellem ukoll dwar l-implikazzjonijiet tal-proċeduri ta’ rapprenżentanza elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar attwali u l-ħtieġa ta’ regolamenti xierqa.
Dawn huwa uħid mill-proposti:
- Jitwaqqaf panel ġdid tat-Tribunal biex jisma’ u jiddeċiedi appelli ta’ partijiet terzi f’ordni biex ma jippreġudikax iż-żmien ta’ appelli oħra.
- Sanzjoni ta’ żviluppi eżistenti li huma definittivament rifjutati għandhom jitħallew jissottomettu wieħed jew aktar applikazzjonijiet għal sanzjonar kif stipulat f’Artiklu 97(10).
- Ladarba permess ta’ żvilupp jew awtorizzazzjoni tkun definittivament revokata, il-multa kuljum trid tapplika awtomatikament mid-data tad-deċiżjoni definittiva tar-revika.
- Minflok sospensjoni awtomatka, tkun introdotta deċiżjoni preliminari dwar is-sospensjoni tax-xgħolijiet.
- Ikunu ppubblikati regolamenti speċifiċi dwar kif persuna tista’ tiddikjara interess fi żvilupp f’konformità mal-Artiklu 71(6) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilipp.
- Persuni terzi għandhom ikunu eliġibbli li jappellaw kontra awtorizzazzjonijiet mill-Planning Authority.
- Appellanti terzi għandhom jingħataw mhux biss l-ispejjeż b’rabta mal-assistenza u l-preparamenti b’rabta mas-sottomissjonijiet, iżda wkoll għall-gwadann tal-ippjanar miksuba fl-isforzi tagħhom proporzjonat mal-ħlas tal-permess għall-iżvilupp.