L-attakkant Arġentin Lionel Messi rebaħ il-Ballon d’Or għat-tmien darba fil-karriera tiegħu wara sena mill-aqwa għalih fl-2022 fejn wassal u kien protagonistà fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja għall-Arġentina.
Aitana Bonmati ta’ Spanja rebħet il-Ballon d’Or Feminin wara li fl-istaġun li għadda rebħet il-UEFA Champions League u l-Kampjonat Spanjol ma’ Barcelona kif ukoll it-Tazza tad-Dinja ma’ Spanja.
Il-midfielder Ingliż Jude Bellingham rebaħ il-Kopa Trophy fejn matul dan l-istaġun Bellingham kien protagonistà fl-iskwadra ta’ Real Madrid u anke qed ikun fost l-aqwa plejer fit-tim nazzjonali Ingliż.
Il-goalkeeper Arġentin, Emiliano Martinez rebaħ il-Yashin Trophy, wara Tazza tad-Dinja mill-aqwa li kellu mal-Arġentina fejn kien strumentali b’numru ta’ saves importanti matul din il-kompetizzjoni.
Erling Haaland rebaħ il-Gerd Muller Trophy, bl-istaġun li għadda għal Haaland ikun wieħed memorabbli fejn kiser ir-rekord ta’ gowls skorjati u wassal lil Manchester City għar-rebħ tat-treble.
Vinicius Jr rebaħ is-Socrates Award għas-sehem tiegħu biex jgħin tfal anqas privileġġjati fil-Brażil.
//= $special ?>